GFN Maltese Spirituality Uncategorized Joseph D'Emanuele  

Avvent 2023

Wasalna għal bidu ta’ sena ġdida fiċ-ċiklu liturġiku. Il-Knisja tibda s-sena bi preparazzjoni għall-Milied.  Hu żmien fejn wieħed jieqaf u jħares lura biex jeżamina il-ħajja spiritwali tiegħu u fl-istess ħin jipprepara lilu nnifsu għal sena oħra. 

Kull sena x-xhur iġibu staġuni differenti u aħna nippreparaw ħwejjiġna u djarna għal dak li jkun ġej. Bl-istess mod, il-Knisja tgħaddina minn staġuni liturġiċi biex in-Nisrani jipprepara ruħu għal dak li l-ħajja tkun qed tpoġġi quddiemu. Għalhekk, in-Nisrani li qed ifittex jgħix il-Kelma t’Alla m’għandux jitlef dan iż-żmien ta’ preparazzjoni. 

Hawn taħt qed nipproponi siltiet mill-Bibbja biex wieħed jieqaf magħhom matul dan iż-żmien tal-Avvent u jirrifletti dwarhom u dwar il-ħajja spiritwali tiegħu.  Huma siltiet qosra biex tkun iktar faċli li wieħed isib ħin għalihom.

L-Ewwel ġimgħa – Tama

Il-ĦaddIsaija 9, 6
It-TnejnRumani 15, 13
It-TlietaĠeremija 29, 11
L-ErbgħaSalm 33, 20-22
Il-ĦamisRumani 5, 1-5
Il-ĠimgħaIsaija 40, 31
Is-SibtLuqa 1, 26-38

It-Tieni ġimgħa – Sliem

Il-ĦaddIsaija 26, 3-4
It-TnejnĠwanni 14, 27
It-TlietaFilippin 4, 6-7
L-ErbgħaIsaija 52, 7
Il-ĦamisRumani 8, 6
Il-ĠimgħaRumani 15, 13
Is-SibtMattew 5, 9

It-Tielet ġimgħa – Ferħ

Il-ĦaddSalm 16, 11
It-TnejnLuqa 1, 39-45
It-TlietaĠwanni 16, 22
L-ErbgħaSalm 28, 7
Il-ĦamisGalatin 5, 22-23
Il-ĠimgħaIsaija 12, 2-3
Is-Sibt1 Pietru 1, 8-9

Ir-Raba’ ġimgħa – Imħabba

Il-ĦaddMattew 1, 18-25

Minn jixtieq jista’ jniżżel dawn is-siltiet flimkien ma xi mistoqsijiet li jakkumpanjawhom biex jgħinuk fir-riflessjoni tiegħek. Dan il-pdf hu maħsub biex jiġi stampat f’forma ta’ ktejjeb billi tagħżel Booklet bħala Paging Size & Handling meta tistampah mill-Adobe Reader.

Taħlix dan iż-żmien!

Kitbiet Oħra