Gruppi Familji Nsara Blog Roll

This blog roll is dedicated to Gruppi Familji Nsara (GFN). GFN is a local group of married couples spread throughout Malta. They meet every month in homes and parishes to share their lives in light of the Word of God. GFN is part of Cana Movement and is a member of the International Confederation of Christian Family Movements (ICCFM).

Throughout 2021, GFN groups will be reading, discuss, and reflect parables from the Gospel and discuss and reflect how these apply to their lives. During this year, I will be adding my reflections on Icons representing the parables being discussed.

  • 2022/5 – Ġesù jfejjaq lil Bartimew l-agħma
    Qari mill-Evaġelju skont Sam Mark U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin […]
  • 2022/4 – Il-mewt ta’ Lazzru
    Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma wkoll issa, jiena naf li kulma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek.” Ġesù qalilha: “Ħuk jerġa’ jqum!” Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġa’ jqum, fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum.” Qalilha […]
  • 2022/3 – Ġesù jfejjaq għaxar lebbrużi
    Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna!” Kif rahom, qalilhom: “Morru uru […]
  • 2022/2 – Ġesù jfejjaq il-qaddej ta’ ċenturjun
    Qari mill-Evanġelju skont San Mattew Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq.” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu.” “Sinjur”, qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int ordna biss b’kelma, u l-qaddej […]
  • 2022/1 – It-tieġ f’Kana
    Merħba għal sena oħra.  Din is-sena, il-ktejjeb tal-Iskemi mħejji mill-Gruppi Familji Nsara ser ippoġilna quddiemna episodji mill-ħajja ta’ Ġesù fejn g’xi mod jew ieħor narawh ifejjaq.  Fejqan mhux bilfors fil-ġisem, fiżikali, imma aktar importanti dak spiritwali.   L-ewwel episodju li qed naraw flimkien hu dak tat-tieġ ta’ Kana. […]
  • 2021 – Il-Milied
    It-twelid ta’ Ġesù Kristu F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ […]
  • 2021/12 – Il-Parabbola tal-Festa tat-Tieġ
    F’dan l-aħħar xahar tal-2021, il-Kummissjoni Formazzjoni tal-Gruppi Familji Nsara permezz tal-ktieb Iskemi qed tistedinna nirriflettu fuq il-parabbola tal-festa tat-tieġ, mill-Evanġelju skont San Mattew. Il-parabbola tal-festa tat-tieġ Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat […]
  • 2021/11 – Il-Parabbola tal-Għaxar Xebbiet
    Matul dan ix-xahar qed nirriflettu dwar il-parabbola tal-għaxar xebbiet. Ħa naqrawha u wara nirriflettu ftit dwarha. Il-parabbola tal-għaxar xebbiet (Mt 25, 1 -13) “Imbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu […]
  • 2021/10 – Il-Parabbola tal-Għalqa u l-Bdiewa
    Fix-xahar t’Ottubru, qed niġu ppreżentati b’parabbola oħra ta’ Ġesù, dik tal-għalqa u l-bdiewa.  Ejjew naqraw din is-silta flimkien mill-Evanġelju skont San Mattew: Il-parabbola tal-għalqa u l-bdiewa “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha […]
  • 2021/9 – Il-Parabbola tat-Talenti
    Għeżież ħbieb, l-iskema ta’ dan ix-xahar qed tippreżentalna il-parabbola tat-talenti.  Ejjew niftħu qlbna u nitolbu l’Alla jibgħat l-Ispirtu tiegħu fuqna waqt li naqraw din is-silta flimkien. Il-parabbola tat-talenti “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah […]
  • 2021/8 – Il-Parabbola taż-Żewġ Ulied
    Fil-laqgħa t’Awwissu (skont l-iskema ppreparata mill-Kummissjoni Formazzjoni tal-Gruppi Familji Nsara) qed nittrattaw l-attitudni tagħna lejn dawk li jitolbu xi ħaġa minna.  Kemm jien lest li nisma’ u naqdi lill-oħrajn.  Imma f’dan is-sussidju nixtieq li nittrattaw dan it-test minn aspett ieħor.  Ejjew nidħlu fi spirtu ta’ talb u […]
  • 2021/7 – Il-Parabbola tal-Qaddej li ma jaħħfirx
    Matul dan ix-xahar, bħala Gruppi Familji Nsara mistiedna nirriflettu fuq il-parabbola tal-qaddej li minkejja li l-imgħallem ħafirlu d-dejn kbir tiegħu, hu xorta waħda ma ħafirx id-dejn żgħir li sieħbu kellu miegħu.  Ħa naqraw il-parabbola flimkien. Il-parabbola tal-qaddej li ma jaħfirx Imbagħad Pietru resaq lejh u qallu: “Mulej, […]
  • 2021/6 – Il-Parabbola tal-għani iblah
    Għeżież ħbieb. Fix-xahar ta’ Ġunju l-Iskemi tal-Gruppi Familji Nsara qed jistednuna nirriflettu fuq il-parabbola tal-għani iblah, mill-Evanġelju skont San Luqa. Il-Parabbola tal-għani iblah Xi ħadd mill-folla qallu: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.” “Ħabib,” wieġbu Ġesù, “min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?” Imbagħad […]
  • 2021/5 – Il-Parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda u l-ħmira
    Għeżież ħbieb, għal dan ix-xahar, għandna preżentati żewġ parabboli, dik taż-żerriegħa tal-mustarda u dik tal-ftit ħmira fil-ħobż. Ħa naqrawhom flimkien: Il-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda Ġabilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost […]
  • 2021 – Introduzzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa
    Skema sussidju GFN B’Kara – Santa Marija L-għan ta’ dan il-blog post hu biex jgħinna nidħlu fl-ispirtu tal-ġimgħa mqaddsa u nirriflettu ftit fuq il-ħajja spiritwali tagħna. Mhux ser nieħdu ħafna ħin niddiskutu imma l-iskop hu li nirriflettu fis-skiet. Għal dan l-eżerċizzju ser inħarsu lejn l-ikona Biżantina tad-daħla […]